Missjoni: Komunikazzjoni

Din hija attività kumplessa marbuta ma’ tipi ta’ relazzjonijiet differenti. Dawn id-diversi kuntatti jvarjaw ħafna kemm fil-bżonnijiet ta’ informazzjoni kif ukoll fl-istrutturi ta’ komunikazzjoni. Kemm jekk tkun komunikazzjoni interna kif ukoll jekk tkun waħda esterna, Schmellenkamp Communications tiżviluppa, twettaq fis-seħħ u tisfrutta kunċetti ta’ informazzjoni b’mod effettiv – individwalment u permezz ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni mibnija fuq Unitajiet ta’ Relations, Translations & Adaptations u Trainings & Coachings, l-aġenzija tqis ruħha bħala sieħba li tifforma u tiżviluppa idejat awtentiċi u responsabbli, tagħti awtorità u toffri komunikazzjoni bejn il-gruppi, fost il-firxa tal-PR ġurnalistika – kemm jekk tkun għall-istampa, għar-radju, għat-TV jew għall-Internet.

Komunikazzjoni “Bla ebda fruntieri”

L-Ewropa qegħda dejjem tikber u permezz tal-komunikazzjoni l-bqija tad-dinja wkoll qiegħed joqrob dejjem aktar. Il-komunikazzjoni transnazzjonali, internazzjonali u interkulturali qegħda ssir dejjem aktar importanti. Iżda sabiex il-komunikazzjoni u l-PR jaslu għand il-gruppi immirati barra l-konfini nazzjonali tagħhom, it-traduzzjoni minn lingwa għal oħra m’hijiex biżżejjed. Jekk il-kultura nazzjonali u tipika kif ukoll l-ispeċifikazzjonijiet industrijali ma jkunux minsuġin fit-testi tradotti, hemm il-perikolu li messaġġi li jkunu magħmulin b’tant ħsieb u reqqa ma jilħqux l-għanijiet tagħhom għall-gruppi maħsuba. It-taqsima Unità Interna Translations & Adaptations tal-kumpannija tforni traduzzjonijiet u arranġamenti li jilħqu l-għan tagħhom. It-testi tal-klijenti jiġu kkoordinati minn aġenzija li jkollha grupp ta’ tradutturi fil-lingwa intenzjonata li jittraduċu bi preċiżjoni, b’awtentiċità u b’reqqa għal-lingwa u għall-kultura ta’ dak il-pajjiż. Ma tagħmilx differenza jekk tkunx biċ-Ċiniż, bl-Ingliż jew bil-Latvjan, Schmellenkamp Communications tgħin kemm lil dawk l-intrapriżi li jkunu qegħdin ifittxu swieq ġodda kif ukoll fl-istabbiliment ta’ prodotti u reġistrazzjonijiet ġodda permezz ta’ komunikazzjonijiet bejn l-isħab f’oqsma kulturali – kważi bil-lingwi kollha tad-dinja.

©2007, website made by Schmellenkamp Communications GmbH